Documents

Innu tal-Kulleġġ – College Hymn

  • Date: 04.05.2021
  • Format: MP4
  • Download: MP4
Aħna t-tfal ta’ din l-iskola, hawn aħna miġburin

Nitgħallmu u nilagħbu daqqa bravi u mqarbin
Meta dħalna f’din l-iskola minn xulxin konna mgerrxin

Iżda għaddiet biss ġimgħa waħda sirna lkoll nafu ’l xulxin.

L-iskola mhix il-bini pitazzi kotba u bankijiet

L-anqas mhi xi uniformi jew ħafna eżamijiet
L-iskola hija aħna b’dak li nġorru minn ġod-dar
L-iskola hi ħidmietna biex nibnu dinja aħjar.
Aħna lkoll irridu nagħrfu, it-tajjeb mill-ħażin.
Ma nagħmlux bħal dawk li jneħħu minn ħajjithom it-tagħlim
Nippruvaw nagħtu eżempju dejjem tajjeb, mill-aħjar
Isem Malta ’l fuq ngħollu għaliex tagħna hija d-dar.
L-iskola mhix il-bini pitazzi kotba u bankijiet
L-anqas mhi xi uniformi jew ħafna eżamijiet
L-iskola hija aħna b’dak li nġorru minn ġod-dar

L-iskola hi ħidmietna biex nibnu dinja aħjar.