Talba Jum l-Omm
Missier, niġu quddiemek illum f’isem l-ommijiet kollha li inti fdajtilhom il-kura taċ-ċkejknin tiegħek. Nirringrazzjawk li ħlaqt kull omm b’taħlita ta’ doni u talenti. Nirringrazzjawk tas-sagrifiċċji li kull omm tagħmel għat-tfal tagħha. Għall-iljieli mqajma li tqatta mat-tfal tagħha. Għall-idejn li raw tant ħidma; il-ħasil, it-tindif, it-tisjir, it-tgħanniq, id-dixxiplina, il-kitba, u t-tpinġija. Nirringrazzjawk tad-don li l-ommijiet jagħtu […]